Read in English.
Anzjan ta’ 70 sena miż-Żurrieq sofra ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn vettura fiż- Żurrieqstess.
Stqarrija tal-Pulizija tgħid li l-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta ta’ nofsillejl fi Triq il-Barrieri, meta l-anzjan intlaqat minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 42 sena miż-Żurrieq.
Fuq il-post issejjħet ambulanza li ħadet lir-raġel milqut lejn l-Isptar Mater Dei fejn iktar tard, kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.