Anzjan bi ġrieħi gravi wara li nqaleb bil-karozza

Anzjan ta’ 61 sena residenti Ħaż-Żebbuġ qed isofri ġrieħi gravi wara li iktar kmieni llum tilef il-kontroll tal-karozza, ħabat ma’ crash barrier u nqaleb.
L-inċident seħħ fi Triq is-Sebħ f’Ħal Qormi għall-ħabta tas-7.30pm.
Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll tim mediku sabiex jassistu lill-vittma.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr D. Clarke, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.