Anzjan bi ġrieħi gravi wara li ġie attakkat fiċ-Ċentru Miftuħ tal-Marsa

Anzjan ta’ 61 sena residenti ż-Żejtun sofra ġrieħi gravi wara li ġie aggredit minn persuna oħra.
L-inċident fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu, għall-ħabta tan-12.30am, meta l-Pulizija ġiet mgħarrfa li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fiċ-Ċentru Miftuħ tal-Marsa.
Minn stħarriġ irriżulta li l-anzjan ġie aggredit minn raġel ta’ 31 sena li joqgħod fiċ-ċentru msemmi. Huwa qed jinżamm arrestat.