Anzjan bi ġrieħi gravi wara ħabta f’Ħal Far

Anzjan qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’ħabta f’Ħal Far.

L-inċident ġara fit-3.30pm fi Triq l-Avjazzjoni.

Il-ħabta kienet bejn żewġ karozzi, waħda misjuqa minn raġel ta’ 36 sena mill-Albanija residenti Ħal Tarxien, u l-oħra minn raġel ta’ 74 sena residenti Birżebbuġa, li kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Aktar tard irriżulta li għandu ġrieħi gravi.