Aġġornata: Antonio Conte ċaħad l-aħbar li se jmur ma’ PSG

L-eks-kowċ ta’ Juventus Antonio Conte, ċaħad l-aħbar li ħareġ il-ġurnal Taljan Corriere Dello Sport, li kien ferm viċin li jingħaqad mal-klabb Franċiż ta’ Paris Saint-Germain.
L-istess Conte qara dan ir-rapport minn fuq il-gazzetta Taljana waqt li kien għal ftit ħin tal-mistrieħ.
Huwa qal ukoll li baqa' mistagħġeb kif ħarġet din l-aħbar, meta hu ma kellu l-ebda intenzjoni li jmur mal-klabb Franċiż.
Minn naħa l-oħra l-klabb minn Pariġi se jibqgħu jaħdmu mal-kowċ attwali Laurent Blanc.
Intant tibqa' tikber l-istennija jekk Antonio Conte hux se jkun hu l-kowċ il-ġdid tat-tim nazzjonali Taljan.