Antonella Vassallo f’karattru ġdid f’Iż-Żagħka

Antonella Vassallo

Għalkemm nafuha l-aktar bħala producer u preżentattriċi, mhux l-ewwel darba li rajna lil Antonella Vassallo bħala attriċi, fosthom anki fis-sensiela Anġli. Mil-lejla se nkunu qed naraw lil Antonella lura f’dan il-qasam hekk kif tingħaqad mal-cast tas-sensiela Iż-Żagħka li għandu ktiba ta’ Desier Debono. Min qed isegwi s-sensiela żgur li se jkolli interess beix jaf kif dan il-karattru ġdid se jkun qiegħed jidħol fl-istorja.

L-istorja tkompli tiżvolġi, bl-istorja ta’ Judith u l-istorja tagħha fil-kantina. Għal min ma nnotax, dik hija l-istess kantina li fiha naraw lil Sina fix-xeni tal-epoka.

Vivienne Caruana

X’wassal lil Judith tispiċċa msakkra f’kantina? Irridu naraw kif se tibqa’ Mrs.Bonello fid-dar. Judith u Mrs.Bonello se jitkellmu.

Bianca ma tibqax tgħix fid-dar u titlaq ma’ Sina. X’se jagħmel Leli u x’se nsiru nafu dwar Clara li qatt ma stajna niskopru qabel?

Dominic Said

Iż-Żagħka jixxandar fuq l-istazzjon Net illum it-Tnejn fid-8.45pm.