​Anton Refalo jinħatar Chairperson ta’ Heritage Malta

Dr Anton Refalo nħatar bħala Chairperson ta’ Heritage Malta hekk kif Dr Joseph Buttigieg inħatar Chairperson tal-Kumitat tal-Garanzija. 
Dr Buttigieg se jkun qed jieħu post il-Professur Timothy Gambin li se jkun qed jassisti lil Heritage Malta fuq il-wirt kulturali marittimu. 
Il-gvern irringrazzja lil Dr Buttigieg għax-xoghol siewi li wettaq bħala Chairperson ta’ Heritage Malta kif ukoll lill-Professur Timothy Gambin talli mexxa ‘l quddiem il-Kumitat tal-Garanzija.