Anton Refalo jikkritika lil Justyne Caruana

p.p1 {margin: 0.0px 0.0px 0.0px 0.0px; font: 12.0px ‘Helvetica Neue’; color: #454545}
p.p2 {margin: 0.0px 0.0px 0.0px 0.0px; font: 12.0px ‘Helvetica Neue’; color: #454545; min-height: 14.0px}

L-eks-Ministru għal Għawdex Anton Refalo qal li fiċ-Ċittadella se jispiċċaw 12 biss. Dan wara li fl-aħħar xhur kien irrappurtat li 90 ħaddiem kienu jirrappurtaw għax-xogħol fiċ-Ċittadella.
Fuq Facebook, Anton Refalo kkritika din id-deċiżjoni li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana.
Kiteb li “hija verament ħasra li ċ-Ċittadella, ġawrha tal-gżira Għawdxija se titlef il-kontribut u l-esperjenza ta' dawn il-ħaddiema li sal-lum dejjem żammewha b'mod impekkabbli”.
Id-deputat Laburista faħħar l-iskema ta’ taħriġ ta’ xogħol li ntużat ħafna mill-Gvern Laburista biex ipprovdiet ix-xogħol lil għadd ta’ Għawdxin.
Faħħar ukoll lill-ħaddiema Għawdxin li f'dawn l-aħħar snin kienu ngaġġati fi skemi bħal dawn mill-Ministeru għal Għawdex.