Filmat: Anton Refalo jieħu l-ġurament tal-ħatra

Read in English.

Anton Refalo ħa l-ġurament tal-ħatra bħala Ministru fil-Kabinett akkumpanjat minn martu u ż-żewġ uliedu flimkien ma’ għadd ta’ kollaboraturi.

Il-PM Robert Abela ħatar lil Refalo bħala Ministru għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali  wara li Justyne Caruana rriżenjat minn Ministru għal Għawdex u flokha nħatar Clint Camilleri. Camilleri ħa l-ġurament tal-ħatra l-ġimgħa li għaddiet flimkien mal-kumplament tal-Kabinett.

Waqt li wieġeb il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti barra l-Palazz ta’ San Anton, il-Ministru Refalo wiegħed lealtà u ħidma b’risq il-Maltin u Għawdxin fl-istess waqt li rringrazżja lill-Prim Ministru tal-fiduċja tiegħu.

Għall-mistoqsija dwar liema settur huwa l-aktar importanti Refalo qal li se jagħmel enfasi fuq it-tliet setturi filwaqt li fil-bidu se jaħdem għad-drittijiet tal-bdiewa u s-sajjieda.

Dwar il-bini ta’ lukanda fl-ODZ li kienet ġiet żvelata minn Newsbook.com.mt Refalo qal li diġà mibnija.