Anton Buttigieg maħtur Kap Eżekuttiv Ewlieni ta’ Trade Malta Ltd

Trade Malta Ltd, il-proġett bi sħab bejn il-Gvern u l-Kamra Maltija tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija, ħatret lil Anton Buttigieg bħala l-Kap Eżekuttiv Ewlieni tagħha wara sejħa pubblika.
Imwaqqfa f’Diċembru li għadda u bbażata f’Tigne Point, Trade Malta hi aġenzija eżekuttiva iffukata biex tappoġġja lin-negozji Maltin jilħqu swieq barranin bil-prodotti u s-servizzi li huma joffru.
Anton Buttigieg, bla CEO, se jkun qed imexxi tim ta’ nies biex jaraw li dan l-appoġġ lin-negozji Maltin iħalli l-frott mixtieq.
Trade Malta, li bdiet topera effettivament ix-xahar li għadda, qed tikkordina ħidmiet ta’ promozzjoni ta’ kummerċ minn u lejn Malta, qed tappoġġja laqgħat ta’ kummerċ bilaterali, minbarra li qed tirriċerka dwar opportunitajiet fis-suq.
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt.