Antoloġiji ta’ novelli bil-Malti għall-istudenti tas-sekondarja

Saret it-tnedija ta’ żewġ antoloġiji ġodda ta’ novelli bil-Malti.
L-antoloġiji bl-isem ta’ “Arja Friska 1: Ġabra ta’ Stejjer” u “Arja Friska 2: Ġabra ta’ Stejjer” huma maħsuba għall-istudenti fl-ewwel u t-tieni sena tas-sekondarja.
Il-ħtieġa li jkun hemm antoloġiji ta’ novelli ilha tinħass fid-Dipartiment tal-Malti.
Għalhekk id-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu ħatar bord ta’ edukaturi biex jiġbru antoloġiji ta’ novelli.
L-għalliema tal-iskejjel statali kienu wkoll mistiedna biex jibagħtu suġġerimenti ta’ novelli jew antoloġiji li jħossuhom relevanti u jappellaw għall-istudenti.
Kull novella magħżula nżammet fl-istil oriġinali tagħha.
Fl-għażliet tal-Bord iddaħħlu xi ħrejjef u leġġendi popolari Maltin filwaqt li ntgħażlu wkoll xi novelli dwar karattri magħrufin.
Il-ħsieb aħħari kien li l-istudenti fl-iskejjel jiġu ppreżentati b’qari bil-Malti sabiħ.

Ritratt: DOI – Reuben Piscopo