Antoine Zammit jirriżenja minn Teżorier tal-PN

Read in English.

Antoine Zammit irrizenja minn Teżorier tal-Partit Nazzjonalista. Dan wara li l-Partit Laburista żvela filmat li juri lil Zammit jispjega kif utenti tal-IPTV jistgħu jaċċessaw stazzjonijiet pornografiċi.

Is-Segretarju Ġenerali tal-PN Clyde Puli kkonferma dan ma’ Newsbook.com.mt. Aktar tard, il-Partit Nazzjonalista ħareġ stqarrija fejn qal li aċċetta r-riżenja ta’ Antoine Zammit.

Il-Partit Laburista, permezz tal-istazzjon One, ippubblika l-filmat ta’ 5 minuti sħaħ li fihom jidher Antoine Zammit bilqiegħda mdawwar b’tagħmir elettroniku jispjega l-passi li wieħed għandu jagħmel biex jaċċessa materjal pornografiku fuq l-IPTV.

Zammit huwa s-sid tal-ħanut Tiffranka Dot Com f’Ħal Qormi u għandu r-reklam tal-“Mater Dei tal-Computers”. Huwa kien ġie elett fl-irwol li kellu f’Awwissu li għadda wara li f’Ġunju kien irriżenja l-ewwel Teżorier tal-amministrazzjoni Delia li kien David Camilleri.

AQRA: ”Bniedem validissimu; tal-mistħija” – Sammut dwar ir-reżenja tat-Teżorier