Antoine Dalli r-raġel li nqatel f’Ħal Għaxaq dalgħodu

Aġġornat 05:27 PM
Ritratt fl-isfond: Miguela Xuereb

Antoine Dalli kien ir-raġel ta’ 37 sena li nqatel f’Ħal Għaxaq dalgħodu, allegatament minn missieru stess li għandu 68 sena. Il-każ ġara fil-11.15am ġo residenza fi Triq il-Gudja.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li membri mis-sezzjoni tar-Rapid Intervention Unit u dawk tad-Distrett marru fuq il-post, filwaqt li wasal ukoll tim mediku sabiex jassisti lill-vittma li nstab ferut fil-kamra tal-banju. Sfortunatament Antoine Dalli ġie iċċertifikat mejjet fuq il-post.

Mill-investigazzjonijiet illi saru rriżulta li l-vittma intlaqat minn tir f’żaqqu, waqt li l-arma li
allegatament intużat instabet fl-istess residenza. Missieru ġie arrestat u qed jiġi interrogat mill-Pulizija.

Kemm il-vittma, kif ukoll l-allegat aggressur joqogħdu Ħal Għaxaq.

L-investigazzjonijiet dwar dan il-każ, li qed jitmexxew mill-Iskwadra tal-Omiċidji fi ħdan dDipartiment tar-Reati Maġġuri, flimkien mal-Pulizija tad-Distrett, għadhom għaddejjin. IlMaġistrat Dr Rachel Montebello LL.D qiegħda tmexxi inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex
jassistuha.

Mix-xena tad-delitt