Antida ma tibżax tispara wara li sparawlha

L-episodju tal-lejla tas-senssiela Iż-Żagħka se jkun qed jixkef ħafna intriċċi li ilkom tistennew biex taqtgħu l-kurżita’ dwarhom sa mill-ewwel puntata.

Illejla se naraw lil Angela, omm Sina kif qatt ma rajniha u se nkunu għal ħafna mill-ħin qed insegwu xeni fl-1954.

Għall-ewwel darba se naraw lil Clara wiċċ imb’wiċċ ma’ Spettur tal-Pulizija. X’ġara? Clara se tgħajjat laqgħa urġenti man-nisa preżenti fid-dar. X’iwassalha tagħmel dan?

Min ikun hemm nieqes fil-laqgħa u għaliex?

Antida u Ludwig se jisparaw. Id-diskors jaqa’ mill-ġdid fuq Helga Grech, il-persuna li fetħet l-indaġni dwar il-mewta kiesħa ta’ Ineż Grech mill-ġdid. Sue, tieħu deċiżjoni iebsa…. U waqt li l-Pulizija se jmorru jitkellmu ma’ Jodie d-dar, se jiġri xi ħaġa….

Iż-Żagħka jixxandar illejla fuq l-istazzjon Net fid-8.45pm.