Anthony Borg, infermier, jirbaħ il-Premju Ħaddiem tas-Sena

DOI - Pierre Sammut

Anthony Borg, infermier li jmexxi sala fir-residenza San Vinċenz de Paul, huwa r-rebbieħ ewlieni tal- Premju Ħaddiema tas-Sena 2018. B’kollox kien hemm 36 nominazzjoni maqsuma f’sitt kategoriji li jippremjaw lill-ħaddiem mudell, team, maniġer u employer tas-sena kif ukoll lill-aktar kumpanija li toffri servizzi favur il-familja u l-iktar kumpanija li tippromovi l-ugwaljanza.

Ir-rebbieħa ntgħażlu minn bord indipendenti mmexxi mill-Avukat Anna Mallia, flimkien mal-InġinierHelga Pizzuto u l-Professur Anthony Serracino Inglott. Waqt din l-okkażjoni, il-Ministru għall-Ugwaljanza Helena Dalli qalet li n-nominati huma biss kampjun tal-eluf ta’ ħaddiema u employers ħawtiela li jħaddnu l-aqwa prattiċi u li huma l-mutur tal-ekonomija Maltija. Hija fissret kif l-għan ta’ dawn il-premijiet huwa li jkunu rikonoxxuti u apprezzati l-ħaddiema li huma fiċ-ċentru tal-ekonomija Maltija.