Anthea Zammit tirbaħ Miss Universe Malta 2020

Anthea Zammit. Ritratt: Benjamin Sant (SnapArt)

Anthea Zammit hija r-rebbieħa tal-ħames edizzjoni tal-konkors Miss Universe Malta. Hija kienet qed tirrappreżenta l-lokalità ta’ Żebbuġ. Hija se tkun qed tirrappreżenta lil Malta fid-69 edizzjoni tal-konkors internazzjonali Miss Universe ġewwa l-Istati Uniti s-sena d-dieħla.

Anthea mhux wiċċ ġdid fil-qasam tal-ispettaklu u fl-2015 kienet irrappreżentat lil Malta fil-Eurovision Young Dancers filwaqt li fl-2017 kienet iż-żeffiena li akkumpanjat lil Christabelle Borg fil-Eurovision għall-wirja tal-kanzunetta Taboo.

Anthea kkompetiet ukoll f’konkorsi internazzjonali oħra ta’ sbuħija: Miss World fis-sena 2016 u f’Miss Supranational fl-2017.

Ritratt: SnapArt Photography

Id-direttur ta’ Miss Universe Malta huwa Alan J. Darmanin minn Glow Promotions. Miss Universe hija mmexxijja minn IMG Models fi New York.