Awdjo: Anthea Zammit se tirrappreżenta lil Malta fil-Young Dancers Eurovision

Iż-żagħżugħa Anthea Zammit ta' 20 sena hija l-ewwel żagħżugħa Maltija li se tirrappreżenta lil Malta fil-Young Dancers Eurovision fid-19 ta' Ġunju li ġej.
Minn fost għoxrin finalist, intagħżlu tlieta li minnhom imbagħad intagħżlet ir-rappreżentanta ta' Malta f'dan il-kuntest li jsir kull sentejn.
Fl-ewwel kummenti tagħha waqt il-programm Pierre and Co fuq RTK iż-żeffiena qalet li tinsab kburija u kuntenta. Qalet li tqis li din hi opportunita'  li se ttiha responsabbilita' li se xxejjer il-bandiera ta' Malta f'kuntest tant prestiġġjuż Ewropew. 
Il-kuntenst taż-żfin ilaqqa' żeffiena bejn 16 u 21 sena flimkien.
Din is-sena se jieħdu sehem għaxar pajjiżi. Apparti Malta hemm l-Albanija, in-Norveġja, il-Ġermanja, l-Islovakkja, l-Iżvezja, ir-Repubblika Ċeka, il-Polonja, l-Islovenja u l-Olanda.
Ritratti: Daniel D'Anastasi