Ansjetà: X’m’għandekx tgħid!

Jekk taf lil xi ħadd li jbati mill-ansjetà, hemm bosta kummenti li inti jaf qed tgħaddilhom bla fini ta’ xejn għax forsi mingħalik li qed tgħinhom, iżda jirriżulta li tkun qed tagħmlilhom iktar ħsara milli ġid.  
L-ansjetà tirreferi għal kundizzjonijiet psikjatriċi li jġielu persuna tinkwieta jew tibża ż-żejjed. Ħafna drabi, il-kundizzjonijiet li jaqaw taħt il-kappa tal-ansjetà jkunu jinvolvu wkoll panic attacks, ansjetà soċjali, ansjetà ta’ separazzjoni u xi ksenofobiji (phobias).
Bosta drabi, persuni li jbatu minn xi tip ta’ ansjetà u li jiftħu qalbhom ma persuni oħra, ma jkunux qed ifittxu xi soluzzjoni jew parir, iżda jkunu qed jittamaw li dak li jkun, se jismagħhom u jkun hemm għalihom.
X’inhuma l-kummenti li aktar jagħmlu ħsara milli ġid?

  1. “Taf kemm hemm nies li qed ibatu iktar minnek?”
  2. “Ma jmissekx tieħu l-mediċina biex tikkontrolla l-ansjetà, tgħallem għix biha.”
  3. “U le, qed teżaġera.”
  4. “Qiegħed titlob biżżejjed?”
  5. “Kulħadd iħossu stressjat f’xi ħin jew ieħor.”
  6. “Ikkalma.”
  7. “Tibqax tiġġennen fuq dil-ħaġa.”
  8. “Erġajt?”
  9. “Għandek bżonn tbiddel il-mod kif tħares lejn il-ħajja.”
  10. “Qas biss taf x’inhu stress.”
  11. “Aqbad u mur għand psikjatra.”
  12. “Jien naħseb li qed tfittex raġunijiet biex tħossok imdejjaq għalxejn.”
  13. “Tbissem.”
  14. “Kemm taħseb li int importanti?”
  15. “Ma tidhirx qisek persuna li tbati mill-ansjetà.”

Jekk tbati mill-ansjetà u tixtieq tfittex l-għajnuna, ikkuntattja lil dawn: Kellimni.com, Aġenzija Sapport, Sedqa, OASI Foundation jew Richmond Foundation.