Anonymous isostnu li rnexxilhom iwaqqfu attakk terroristiku fl-Italja

Il-grupp ta’ hackers Anonymous qed isostnu li rnexxilhom jwaqqfu attakk terroristiku li l-ġiħadisti tal-Istat Iżlamiku kienu qed jippjanaw li jwettqu fl-Italja.
Kienu Anonymous stess li ħabbru dan fil-profil tagħhom fuq Twitter bl-isem Operation Paris.
Huma qalu li ilhom dawn l-aħħar xhur jaħdmu fis-silenzju u enfasizzaw kif irnexxilhom iwaqqfu attakk tal-ISIS fl-Italja u jridu li jwaqqfu attentati terroristiċi oħra li jistgħu jsiru f’pajjiżi Ewropej.
Anonymous bdew il-ġlieda diġitali tagħhom kontra l-Istat Iżlamiku wara li seħħew l-attakki terroristiċi f’Pariġi x-xahar li għadda.