Sentejn mill-mewt ta’ Susan Mulvaney

Bħal-lum sentejn ilu ħallietna x-xandara Susan Mulvaney, miżżewwġa Sacco, li għal snin twal wasslet programmi fuq ix-xandir nazzjonali u anki fuq l-istazzjon RTK, illum 103.

AQRA: Tmut Susan Mulvaney pijuniera tal-programmi edukattivi

Susan mietet fl-isptar Mater Dei fl-età ta’ 70 sena.

Mulvaney twieldet fil-Mosta u ħadet l-edukazzjoni primarja fl-iskola ta’ Santa Monika u f’dik tal-Gvern, imbagħad wara fis-St. Theresa Grammer School.

Ma’ żewġħa Charles iltaqgħet meta huma t-tnejn kienu apprendisti mal-Union Press f’kors tal-ġurnaliżmu. Dan wassalha biex tinħatar sub-editor tal-ġurnal L-Orizzont.

Fl-1976 bdiet twassal programm fuq Radju Malta 1 u fl-1981 daħlet taħdem ma’ Xandir Malta. Fl-1991 daħlet taħdem mal-istazzjon tar-radju RTK.

Mulvaney kitbet ukoll bosta kotba, fosthom dawk tal-etikett u dwar l-imġiba soċjali.

Hija tat is-sehem tagħha f’ħidma ma’ ħabsin żgħażagħ bi problem soċjali u immigranti irregolari. Kienet ukoll membru tal-Bord tal-Priġuniera. Sa kważi l-aħħar żmien ta’ ħajjitha, Mulvaney kienet ukoll assistenta fil-Juvenile Court.

Susan u Charles għandhom żewġt ulied, Marika u Daniela. Għandhom ukoll żewġ neputijiet, Maya u Klara.