Anniversarju doppju għal Henry u Anna

Anna u Henry Zammit Cordina

Awguri lill-attur Henry Zammit Cordina u martu Anna li llum qed jiċċelebraw anniversarju speċjali… anzi tnejn!

Illum il-11 ta’ Settembru jfisser għalihom it-38 anniversarju mindu żżewġu bħal-lum fl-1982. Iżda aktar minn hekk fil-11 ta’ Settembru tal-1978, jiġifieri eżatt ħames snin qabel, Henry u Anna kienu ħarġu flimkien għall-ewwel darba.

Henry u Anna kienu żżewġu bħal-lum fil-Knisja tal-Bon Kunsill f’Paceville, ħdejn il-Millennium Chapel u wara ċċelebraw mal-qraba u ħbieb permezz ta’ riċeviment f’The Palms, f’San Ġiljan.

Henry, protagonist ta’ sensiliet bħal Ħbieb u Għedewwa, Sorelle u L-Għarusa, u martu Anna illum il-ġurnata huma wkoll ġenituri ta’ tnejn u anki nanniet.

Awguri lill-koppja Zammit Cordina f’dan il-jum u nawgurawlhom aktar snin ta’ mħabba.

Is-sensiela Ħbieb u Għedewwa bħalissa qed terġa’ tixxandar fuq Melita More, filwaqt li l-episodji l-ġodda ta’ Sorelle jkomplu fuq TVM kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-3.45pm. L-aħħar żewġ episodji ta’ L-Għarusa se jixxandru nhar it-Tlieta 15 u 22 ta’ Settemrbu fl-8.45pm fuq TVM.