Annimali: Min jaħqarhom iħallas; min jaddottahom jitħallas

Qed jiġi propost li jiħraxu l-multi għall-moħqrija tal-annimali fl-emendi tal-Att għat-Trattament Xieraq tal-Annimali.

Meta kien qed jitkellem fil-ftuħ tad-diskussjoni dwar l-abbozz ta’ liġi li jemenda dan l-Att, is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri qal li għall-ewwel reat, persuna issa tista’ teħel multa li tibda minn minimu ta’ €2,000 sa massimu ta’ €65,000. Dan ifisser li l-multa minima rduppjat waqt li dik massima żdiedet b’€10,000.

Camilleri qal li l-Gvern qed jestendi l-iskema għall-addozzjoni tal-annimali, anke fuq min jaddotta annimali mis-santwarju. Spjegali taħt l-emendi tal-2014, il-Gvern introduċa kumpens għall-għaqdiet mhux governattivi għal kull annimal li jiġi adottat mis-santwarju. Saħaq li issa se jingħata kumpens lill-familja li tkun addottat l-animal.

 

“Kukkudrilli fil-house visits; ġemel fuq dgħajsa f’Marsaxlokk”