Annimali mejta mormija fil-boroż tar-riċiklaġġ – WasteServ

WasteServ

Read in English.

Dalgħodu l-WasteServ ippubblikat ritratt grafiku li juri fenek mejjet fuq il-linja tar-riċiklaġġ tagħha. Qalet li sfortunatament għadhom jinstabu annimali mejtin ta’ kuljum fuq din il-linja. Jidher li hemm persuni li jarmu l-annimali mejtin fil-borża griża, jiġifieri dik li tintuża għal affarijiet riċiklabbli.

Il-WasteServ insistiet li dan m’għandux isir għal diversi raġunijiet. Intant talbet lill-pubbliku biex jgħinha tħares lill-ħaddiema tagħha u jappoġġjawhom fix-xogħol li qed jagħmlu fejn jidħol is-separazzjoni tal-iskart.

‼️Kontenut Grafiku ‼️ Sfortunatament għadhom jinstabu annimali mejtin kuljum fuq il-linja tar-riċiklaġġ tagħna għaliex…

Posted by WasteServ on Monday, September 7, 2020