Annimali jitħallew jagħżlu r-rigali tagħhom tal-Milied

Ritratt: Facebook/Animal Rescue League of Iowa

L-annimali li jgħixu fis-santwarju tal-pets fl-Animal Rescue League of Iowa fl-Istati Uniti din is-sena tħallew jagħżlu r-rigali għalihom stess minn taħt is-siġra tal-Milied. Ir-rigali ngħataw kollha minn individwi u kumpaniji biex jgħinu lis-santwarju għal matul is-sena. Fost ir-rigali li ngħataw kien hemm għadd kbir ta’ ikel għall-klieb u l-qtates kif ukoll oġġetti biex ikunu jistgħu jilagħbu bihom.

Stephanie Filer, li tieħu ħsieb il-post, qalet li l-annimali jkunu qishom tfal fl-għodwa tal-Milied wara li jkun għadda Father Christmas.   Ir-rigali jkunu jinsabu kollha taħt is-siġra tal-Milied wara programm ta’ donazzjonijiet li jissejjaħ Is-Siġra tal-Ħajja li jsir kull sena.

Ritratt: Facebook/Animal Rescue League of Iowa

Fis-santwarju kien hemm ħames klieb u erba’ qtates li ngħataw l-opportunità li jagħmlu l-għażla tagħhom. Kull annimal kellu l-istrateġija tiegħu meta ġie għall-għażla. Kien hemm klieb li ħatfu l-ewwel ħaġa li sabu taħt imneħirhom waqt li oħrajn qagħdu jxammu l-oġġetti. Erba’ klieb marru jilagħbu bil-ġugarell tagħhom appena għażluh imma kien hemm wieħed li lagħab bih biss meta mar f’postu fejn jinżamm is-soltu.

Ritratt: Facebook/Animal Rescue League of Iowa

Il-qtates mhux għażlu u lagħbu b’dak li raw quddiemhom imma qabżu fuqhom u għamlu ħerba. Iżda wieħed minnhom mhux għażel rigal … imma ntagħżel bħala rigal għax sab lil ix ħadd li addottah. Dan żgur se jgħaddi Milied ħieni!

L-Animal Rescue League of Iowa wara appella biex xi ħadd jaddotta l-aħħar qattus li baqa’ fil-post, qattus ħelu li jismu Frankie.