Annimali, ħaxix u anke arti fil-wirja ta’ Santa Marija t’Għawdex

Fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Santa Marija, bħalma jsir kull sena, ġiet organizzata l-wirja tradizzjonali tal-agrikultura fir-Rabat Għawdex.
Fost il-ħafna annimali u affarijiet tal-ikel hemm ukoll wirja b’affarijiet tradizzjonali Maltin. Din is-sezzjoni tinkludi diversi pitturi, fosthom dawk ta’ Daniel Formosa.
Formosa li għandu 16-il sena qal lil Newsbook.com.mt li jħobb ħafna jpitter u li ta’ kull sena jdaħħal ix-xogħolijiet tiegħu għal din il-wirja.
Il-Ministru għal-Għawdex Justyne Caruana żaret il-wirja ta’ Santa Marija u assistiet ukoll għall-għoti tal-premjijiet.