​Annimali fis-salvaġġ issa b’ambulanza

wildlife rescue

Ġiet inawgurata l-ewwel abulanza għall-annimali slavaġ f’Malta.
Il-Ministeru għall-Ambjent iffirma ftehim bejn l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) u n-Nature Trust ta’ madwar €30,000 li jassigura kura u riabilitazzjoni professjonali għall-annimali protetti li jisfaw midruba jew morda.
Se jibbenefikaw annimali protetti bħal qniefed, ballotri, u rettili.
Kemm l-annimali tal-art, kif ukoll dawk tal-baħar għandhom jiġu mgħejjuna permezz ta’ dan il-fond.
Ritratti: DOI – Anthony Sultana