​Anne Fenech tinħatar Sindku ta’ San Pawl il-Baħar

Il-Partit Nazzjonalista ħabbar li Anne Fenech inħatret bħala s-Sindku l-ġdid tal-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar.
Fi stqarrija, il-PN ħabbar ukoll li Daniel Grima nħatar bħala Viċi Sindku.
Skont il-PN, “rebaħ is-sens komun għall-ġid tar-residenti tal-lokalità.”
Il-PN qal li jittama li l-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar ikompli jaħdem għall-aħjar interess tar-residenti.
Graziella Galea kienet irreżenjat mill-kariga tagħha bħala Sindku f'Jannar li għadda. Wara li l-Kunsill kien se jkun qed jivvota għal Sindku u Viċi-Sindku ġdid, il-Partit Nazzjonalista ressaq mandat ta’ inibizzjoni kontra dawn l-elezzjonijiet.