Anna Wintour tfaħħar lil Charles & Ron f’Buckingham Palace

Id-duo Charles & Ron, ditta ta' ħwejjeġ li llum saret popolari f'pajjiżi lil hinn minn Malta kellhom l-unur jesebixxu waħda mill-ilbiesi tagħhom bħala parti mill-avveniment Commonwealth Fashion Exchange ġewwa l-Palazz ta' Buckingham f'Londra. 
 

Għal din l-okkażjoni attendew diversi personalitajiet famużi fosthom, kif naraw fir-ritratt, Naomi Campbell. B'kollox ħadu sehem 53 pajjiż. 
F'kumment lill-midja wara dan il-mument prezzjuż fil-karriera tagħhom, Charles & Ron, li jinsabu fil-Corinthia ta' Londra, qalu li jinsabu tassew ferħana wara l-esperjenza inkredibbli tal-bieraħ.
 

Huwa ta' unur li wieħed isib ruħu fil-Palazz tar-reġina u li tara libsa mill-kollezzjoni tagħna esebita. Żgur li mhux sa ninsew il-mument li ltaqjna mal-Kontessa Sophie Wessex, kif ukoll meta ġejna mfaħħra mill-Editor-in-Chief ta' Vogue Anna Wintour.