Anki l-klieb qed ifittxu l-imħabba f’Jum San Valentinu

Read in English.

Il-voluntiera tas-Santwarju tal-klieb Noah’s Ark ħareġ b’idea biex anki l-klieb abbandunati b’xi mod jsitgħu jiċċelebraw Jum San Valentinu nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Frar.

Fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook ta’ Noah’s Ark Dog Sanctuary Volunteers filfatt qed jippubblika numru ta’ avviżi bil-għan li l-klieb fis-santwarju jsibu s-sieħeb jew sieħba tagħhom kif ukoll dar biex tilqagħhom.

Qed jittellgħu bosta avviżi ħelwin b’’mod regolari fuq il-paġna tagħhom, fosthom dawn:

B’għajnuna tiegħek, din is-sena Jum San Valentinu jista’ jkun wieħed differenti jekk titħajjar taddotta xi wieħed minn dawn il-klieb u fl-istess waqt tferraħ ukoll lill-kelb jew kelba tiegħek.