Anki l-anzjani se jkunu jistgħu jagħmlu l-eżerċizzju

L-anzjani se jkollhom l-opportunità li jħaddmu l-abbiltajiet tagħhom bl-għan li jibqgħu dejjem aktar attivi.
Dan hekk kif ġie inawgurat il-programm ta’ anzjanità attiva fis-Sannat Għawdex.
Fi stqarrija, is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Justyne Caruana  spjegat li dan iċ-ċentru se jinkorpora fih mhux biss elementi tipiċi ta’ ċentri konvenzjonali, fosthom li l-anzjani jiltaqgħu flimkien u jitħaddtu, iżda wkoll se jħaddan fih attivitajiet bħal eżerċizzji fiżiċi, lezzjonijiet tat-teknoloġija tal-informatika, taħdidiet minn individwi li jirrappreżentaw entitajiet differenti kif ukoll ħarġiet.
Dan iċ-ċentru, li ġie inawgurat mis-Segretarju Parlamentari flimkien mas-Sindku tas-Sannat Philip Vella, huwa t-tielet wieħed ta’ dan it-tip wara dawk tax-Xewkija u taċ-Ċawla fir-Rabat.