“Anki int tista’ tagħmilha” – Veronica Maria

Ritratt: Facebook/VeronicaMaria

Għall-attriċi Veronica Maria Spiteri llum għamlet il-kuraġġ u għall-ewwel darba f’ħajjitha marret tagħti d-demm. L-attriċi li narawha fis-sensiela Division 7 u qabel konna anki rajniha f’Santa Monika ħadet l-opportunità biex tħeġġeġ lil ħaddieħor biex jaħmel l-istess.

Ritratt: Facebook/VeronicaMaria

“Anki int tista’ tagħmilha,” ikkummentat hi fuq il-paġna tagħha fuq Facebook biex b’hekk tagħmel kuraġġ lil ħaddieħor.

Min jixtieq jagħti d-demm jsita’ jagħmel dan billi jmur fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa li jiftaħ kuljum (7 ijiem fil-ġimgħa) mit-8:00am sas-6:00pm.