Anke l-Ministru għat-Turiżmu jibla’ barmil ilma

Il-Ministru għat-Turiżmu laqa' l-isfida li għamlu l-ħaddiem tal-lukanda Westin u bħal eluf ta' nies oħra, kellu jixxarrab b'ilma bis-silġ biex ikomplu jiżdiedu d-donazzjonijiet b'risq l-Assoċjazzjoni ALS.
Għall-isfida li jmiss, il-Ministru nnomina lill-Ministru Owen Bonnici, lil ​Keith Schembri, li hu ċ-Iċ-Chief of Staff tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru u anke lill-ġurnalist Ivan Camilleri.