Anke l-Liberja ħielsa mill-Ebola

Il-Liberja hi t-tielet pajjiż Afrikan li ġie dikjarat mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa bħala ħieles mill-Ebola.
Wara Guinea u Sjerra Leone, li ngħataw iċ-ċertifikat lejn l-aħħar tas-sena li għaddiet, issa anke dan it-tielet pajjiż ġie meqjus nadif mill-marda wara li għaddew iktar minn 42 ġurnata mingħajr ma tfaċċa każ ġdid.
Bid-dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, ġiet fi tmiemha l-agħar firxa tal-Ebola fid-dinja.
Is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda, Ban Ki-moon, wissa li jista’ jkun hemm xi każijiet oħra tal-virus li s’issa ħasad il-ħajja ta’ iktar minn 11,000 persuna minn Diċembru tal-2013.