Awdjo: Anke l-klieb jistgħu jagħtu d-demm lil xulxin

Nisimgħu ħafna dwar il-bżonn tal-għoti tad-demm mill-bnedmin imma rari smajna dwar il-bżonn li klieb jagħtu demm lil klieb oħra.
F’kummenti lil Newsbook.com.mt il-veterinarju Dr Ivan Galea qal li għalkemm mhux frekwenti, jkun hemm numru konsiderevoli ta’ każijiet fejn kelb jiġi bżonn id-demm minn kelb ieħor.
Dr Galea spjega li l-ewwel għotja tad-demm tista’ tingħata mingħajr l-ebda testijiet ta’ typing. Qal li meta kelb ikollu bżonn id-demm jistaqsu lis-sid jekk jafx lil xi ħadd li jkollu kelb u lest li joffri d-demm. L-importanti li kelb ikollu piż ta’ aktar minn 30 kilo.
Għalkemm il-proċedura hija sempliċi, Ivan Galea qal li mhux dejjem jinstab donatur. Kumplikazzjoni oħra tiġi meta kelb ikollu bżonn jingħata demm aktar minn darba għax f’dan il-każ ikun hemm bżonn it-typing.
Bħalissa f’Malta għadhom ma jsirux testijiet ta’ typing tad-demm tal-klieb.
Il-veterinarju qal ukoll li f’Malta m’hawnx sistema organizzata biex id-demm tal-klieb ikun maħżun u għalhekk meta jkun hemm bżonn għotja ta’ demm dan irid ikun frisk.
Saħaq li ġieli kien hemm każijiet fejn ma kienx hemm demm. Żied li f’dan ir-rigward tingħata għajnuna mis-santwarji tal-klieb.
Fl-aħħarnett qal li tkun idea tajba li jinħoloq ċirku ta’ nies li jkunu lesti li l-kelb tagħhom jagħti d-dem