Anke l-Għawdxin se jkollhom LIDL … il-MEPA tapprova l-proġett!

Il-MEPA għadha kif approvat il-permess biex fix-Xewkija Għawdex jinbena is-supermarket Lidl.

Dan is-supermarket se jkun qed jinbena fuq medda t’art ta’ 4,800 metru kwadru.

F’kummenti li ta lil dan is-sit, il-kap eżekuttiv tal-Awtorità għat-turiżmu Għawdxi, Joe Muscat, qal li dan l-investiment mhux se jkollu impatt primarju fit-turiżmu, iżda jinkoraġġixxi t-turiżmu minn Malta u turisti li jqattgħu l-btala tagħhom ġo farmhouses fost oħrajn.

Il-Perit Carmel Cacopardo qal li ma sarx assessjar dwar l-impatt li dan l-istabbiliment se jkollu fuq Għawdex. Qal li 60 fil-mija tal-impatt se jkun fuq il-ħwienet iż-żgħar barra r-Rabat.

L-għaqda ambjentali Flimkien għal Ambjent Aħjar qalet li l-LIDL f’Għawdex se jnaqqas €1.8 miljun mill-ħwienet fir-Rabat u €3 miljun mill-ħwienet tal-merċa.

Iż-żona li se jinbena fuqha l-Lidl ħafna minnha taqa’ fiż-Żona Industrijali tax-Xewkija imma parti minnha tinsab f’żona barra l-Iżvilupp.