Anke l-ġenji jeħtieġu l-flus

Read in English.

Skema mnedija mill-gvern qed tqiegħed €100,000 biex persuni kreattivi jkunu jistgħu jiżviluppaw l-ideat tagħhom. Il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar Silvio Schembri habbar li permezz ta’ TAKEOFF Seed Fund Awards il-gvern se jkun qed jagħti fondi immirati għal startups u riċerkaturi sabiex jiżviluppaw l-ideat tagħhom. Għal dan il-fond, il-Gvern qiegħed jalloka €100,000 u permezz ta’ sejħa kompetittiva riċerkaturi u intraprendituri jistgħu jibbenefikaw sa massimu ta’ €25,000 sabiex jiżvillupaw l-ideat tagħhom.Il-Ministru Schembri qal li r-relevanza kemm tar-riċerkaturi u intraprendituri żdiedet ħafna iżjed tul dawn l-aħħar ġimgħat meta l-pandemija COVID-19 fixklet l-istil tal-ħajja li l-Maltin kienu mdorrijin jgħixu.

Huwa fiż-żminijiet bħal dawn li juru iktar minn qatt qabel l-importanza għal kwalunkwe pajjiż li jkollu intraprenditorjal rivoluzzjonarji

Ministru Silvio Schembri

Il-Ministru Schembri qal li l-bidu u t-tkabbir tal-ideat huwa l-ħsieb li l-gvern mexa

bih għall-ħolqien u l-implimentazzjoni tal-politika u l-inizjattivi inkluż TAKEOFF Seed Fund Award li. skont hu, jara li jrawwem idea ta’ appoġġ mhux biss lejn riċerka iżda wkoll lejn start-ups sabiex jimmaterjalizzaw u jikkommerċjalizzaw l-ideat.

Ir-Rettur tal-Università ta’ Malta l-Professur Alfred J. Vella ddikjara li “L-inizjattivi kollha, kemm jekk ġejjin minn riċerka ġġenerata mill-Università kif ukoll jekk huma l-bażi ta’ start up ġdid iffurmat, jirrikjedu appoġġ sabiex jinbdew l-iżvilupp tagħhom u jiksbu validazzjoni tas-suq”.

Għal aktar dettalji, żur www.takeoff.org.mt