Anke l-Ażja milquta minn temp qattiel

Hekk kif kompla jiggrava l-bilanċ tal-vittmi tal-maltemp fl-Istati Uniti, li b’kollox ħalla kważi 30 ruħ mejta u ħsara ta’ $850 miljun (€785 miljun), anke fin-naħa l-oħra tad-dinja t-temp qed iħalli diżastri.
Mill-inqas 50 ruħ mietu minħabba l-kesħa fit-Tajwan u mas-60,000 turist fil-Korea t’Isfel spiċċaw bla saqaf fuq rashom hekk kif l-ajuruport prinċipali kellu jingħalaq u diversi titjiriet spiċċaw ikkanċellati.
Inħawi oħra tal-Ażja, bħal Hong Kong, iċ-Ċina u l-Ġappun ukoll inqabdu b’temperaturi li niżlu f’salt.