“Anġlu li se jkompli jżejjen il-ġnien tal-Mulej” – David Rizzo

Fi ftit sigħat biss mindu ħarġet l-aħbar li ċ-ċkejkna Emily tilfet il-battalja tagħha għal kanċer, ma waqfux il-messaġġi ta’ għadd kbir ta’ persuni, li ħafna minnhom lanqas biss keinu jafu lil din iċ-ċkejkna, iżda li segwew b’interess il-ġrajja tagħha u kienu magħha u mal-familja tagħha fit-talb biex din it-tifla tfiq.

Id-destin tal-Mulej kien ieħor u l-messaġġi ta’ solidarjetà u mħabba lejn it-tifla u ll-familja tagħha jinsabu deħlin b’ritmu kontinwu.

Fost l-għadd kbir ta’ messaġġi li daħlu kien hemm dak tal-attur David Rizzo li bħalissa qed jidher fil-puntati l-ġodda ta’ Ħbieb u Għedewwa. Huwa qal li l-Ġenna huwa post isbaħ għax hemm anġlu ġdid li se jkompli jżejjen il-ġnien tal-Mulej.

Kien hemm ukoll messaġġi qosra iżda b’sinifikat kbir.

Messaġġ partikolari jgħid li ċ-ċkejkna Emily se tħalli marka f’qalb kulħadd.

Kif wieħed jista’ jistenna ħafna mill-messaġġi kienu dawk fejn jiddeskrivu lil Emily bħala Anġlu li ngħaqdet mal-ħafna Anġli hemm fis-sema’.

Messaġġi oħra kienu dwar kif Emily hija ta’ ispirazzjoni, u ħadu wkoll l-opportunità biex iwasslu l-kondoljanzi lil omm iċ-ċkejkna.

Il-messaġġi ta’ kuraġġ lill-familja ta’ Emily ma naqsux.

Fuq quddiemnett u fost l-ewwel li qasmu l-aħbar li Emily ħallietna kien hemm NicholasJohn Borg Bonaci f’isem il-paġna ta’ Facebook Social Channel Malta. Hu kien fuq quddiemnett f’dawn l-aħħar ġimgħat biex iħeġġeġ lill-poplu Malti biex jingħaqad fit-talb għal din iċ-ċkejkna.

Newsbook.com.mt jingħaqad mal-eluf ta’ Maltin biex jagħti l-kondoljanzi lil familja ta’ Emily f’dan il-mument iebes.