Anġlu Farrugia jinħatar Aġent President għal 5 ijiem

L-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anġlu Farrugia se jassumi l-funzjonijiet ta’ Aġent President tar-Repubblika skont kif tgħid il-Kostituzzjoni ta’ Malta, sakemm il-President George Vella jkun barra mill-pajjiż.

Dan ġie kkonfermat fi stqarrija mill-Gvern li qal ukoll li dan qed isir fl-assenza ta’ Dolores Cristina, li wkoll se tkun barra mill-pajjiż.

Artiklu 49 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta jgħid li f’dawn iċ-ċirkustanzi jkun l-ispeaker tal-Kamra tad-Deputati li jassumi l-funzjonijiet ta’ Aġent President tar-Repubblika fil-perjodu li l-President ikun barra mill-pajjiż.

Hu se jkun qed jieħu dan l-irwol għall-perjodu ta’ bejn l-10 u l-14 ta’ Ġunju.