Anġlu Farrugia jiltaqa’ mal-President tal-Kunsill Globali għat-Tolleranza u l-Paċi

L-iSpeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia ltaqa’ mal-President tal-Kunsill Globali għat-Tolleranza u l-Paċi (GCTP) Ahmed bin Mohammed Al-Jarwan.
Waqt il-laqgħa, Farrugia fakkar kif Malta kienet ntgħażlet sabiex tospita l-kwartieri ġenerali tal-GCTP.
Fi stqarrija, l-Uffiċju tal-iSpeaker qal li Al-Jarwan spjega l-idea ta’ wara t-twaqqif tal-Kunsill u spjega aktar dwar l-objettivi u l-kompożizzjoni tal-Kunsill.
Minn naħa tiegħu Farrugia saħaq li Malta dejjem ħadmet għat-tolleranza u għall-Paċi.
Ritratti: Clifton Fenech