Anġlu Farrugia elett mill-ġdid f’entità tal-Commonwealth għall-Ispeakers

L-Ispeaker Anġlu Farrugia reġa’ ġie elett membru tal-Istanding Committee tal-Ispeakers fil-Commonwealth.
Anġlu Farrugia se jkun qed jirrappreżenta lill-Gżejjer Brittaniċi u lir-Reġjun tal-Mediterran għas-snin bejn l-2016 u l-2018.
L-elezzjoni saret waqt it-23 Konferenza għall-Ispeakers tal-Commonwealth li qed issir bħalissa fil-Malażja. Dawk eletti huma ċ-Chairperson u 13-il membru li jirrappreżentaw lid-disa’ reġjuni tal-Commonwealth.
Xahrejn biss wara l-laqgħa taċ-CHOGM f’Malta ġie deċiż l-laqgħa tal-Konferenza tal-Ispeakers fl-2019 issir f’Malta.