Ritratti: Angie Laus fil-Malawi tipprepara għall-maratona tal-Missio ta’ Marzu

F’Marzu li ġej se ssir il-maratona annwali tal-Missio. Għalkemm fadal ftit tax-xhur mhux ħażin, il-preparamenti għal din il-maratona bdew diġá bdew u proprju f’dawn il-ġranet il-preżentatriċi Angie Laus flimkien mat-tim tagħha li jinkludi lil P.J. Vassallo jinsabu fil-Malawi, wieħed mill-aktar postijiet foqra fid-dinja, sabiex jiġbdu filmati li se jkunu qed jixxandru waqt din l-istess maratona.

Permezz tal-paġna tagħha ta’ Facebook, Angie Laus bdiet taqsam din l-esperjenza mas-segwaċi tagħha fejn irrimarkat fuq kemm dan il-pajjiż huwa fqir iżda kif it-tbissima tan-nies tal-post ħalliet impatt fuqha. In-nies minkejja li ma tantx għandhom ħafna fil-ħajja, dejjem ikantaw u jiżfnu.

Fil-kummenti tagħha, Laus osservat kif it-tfal jilgħabu logħob mill-aktar sempliċi u huma grati tal-ftit li huma għandhom fil-ħajja.

Angie Laus ma naqsitx milli tikkummenta dwar it-tbissima ta’ dawn in-nies li jkantaw u jiżfnu l-ħin kollu, it-tfal jilagħbu l-aktar logħob sempliċi u huma grati tal-ftit li għandhom.

Il-preżentatriċi ta’ programmi bħal Tough Luck u Ħadd Għalik spiċċat biex tqabbel kif aħna li għandna tista’ tgħid kollox fil-ħajja, nispiċċaw biex ingergru, u dejjem irridu aktar, filwaqt li dawn in-nies huma kuntenti b’dak li għandhom.