Angelina Jolie u Brad Pitt jistgħu jiżżewġu Malta

Ħafna diġà jafu li Angelina Jolie u Brad Pitt se jkunu Malta għal tmien ġimgħat, mill-aħħar ta' Awwissu li ġej, għal film li parti minnu se jinħadem fil-bajja ta’ Mġarr ix-Xini f’Għawdex.
Fuq il-midja internazzjonali qed jiżdiedu wkoll ix-xniegħat li Jolie u Pitt jistgħu jiżżewġu f'Għawdex stess, matul dawn il-ġimgħat.
Il-koppja li ilhom flimkien madwar disa’ snin tgħarrsu sena ilu.
Għalkemm dawn jistgħu jkunu biss xniegħat, żgur li ħafna ħa tiġihom il-kurżità u se jfittxu fuq l-internet dwar fejn tinsab u x’tinkludi Malta.