Angelina Jolie tindika li dieħla għall-politika

Actor Angelina Jolie, UNHCR Special Envoy, speaks during a news conference at the Al Zaatri refugee camp, in the Jordanian city of Mafraq, near the border with Syria, January 28, 2018. REUTERS/Muhammad Hamed

Angelina Jolie indikat li xi darba se tkun qed tidħol fid-dinja tal-politika, hekk kif appellat lill-mexxejja tad-dinja biex jgħinu aktar lir-refuġjati u lin-nisa f’żoni tal-kunflitti.

Mistoqsija dwar jekk kinitx se tidħol f’karriera fil-politika, l-attriċi ta’ Hollywood u mibgħuta għall-aġenzija tar-refuġjati tan-Nazzjonijiet Magħquda (UN) li mexxiet ukoll kampanji kontra l-vjolenza sesswali kontra n-nisa qalet li hi tmur “fejn ikun hemm il-bżonn”.

Waqt intervista mal-BBC, Jolie qalet li kieku staqsewha dik il-mistoqsija 20 sena ilu, kienet tinfaqa’ tidħak. Qalet li ma tafx jekk tkunx tajba għall-politika.

Jolie qalet li x-xogħol tagħha mal-UN u ma’ għaqdiet oħra kien ta’ għajnuna biex tagħmel ħafna mingħajr titlu.