Angelina Jolie se tidħol fid-dinja tal-politika

L-attriċi famuża Angelina Jolie qalet li tinsab lesta li tidħol fid-dinja tal-politika.
Jolie hi attiva fil-qasam soċjali u attivista ta’ bosta għaqdiet internazzjonali b’mod speċjali tan-Nazzjonijiet Magħquda.
Qalet li meta taħdem mal-persuni fl-aspett soċjali tinduna kemm il-politika hija meħtieġa u importanti biex isir it-tibdil pożittiv.
L-attriċi, li għandha 39 sena qalet li ma tafx eżattament x’rwol se tikkontesta.
Fil-passat, Ronald Reagan kien irnexxilu jirbaħ l-elezzjoni Presidenzjali fl-Istat Uniti wara li kien għamel żmien jirreċta f’Hollywood.