Angelina Jolie b’donazzjoni ta’ miljun dollaru lil tfal li m’għandhomx ikel

Ritratt: Cancillería Ecuador

L-attriċi Angelina Jolie għamlet donazzjoni kbira ta’ miljun dollaru lil No Kid Hungry biex tgħin lit-tfal li m’għandhomx x’jieklu waqt li l-iskejjel bħalissa jinsabu magħluqa.

Ħafna tfal jiddependu mill-kura u n-nutrizzjoni li jirċievu waqt il-ħin tal-iskola, inklużi kważi 22 miljun tifel u tifla fl-Amerika li jiddependu minn dan l-ikel li jkun provdut. No Kid Hungry qed tagħmel sforzi riżolti biex tilħaq kemm jista’ jkun dawk it-tfal u ċertament li bl-għajnuna ta’ Angelina Jolie, se jkunu jistgħu jtaffu ftit mill-ispejjeż li għandhom biex jilħqu l-għan tagħhom.