Angela u Naomi x’se jgħidu lil Steve?

Sorelle jkompli llum fl-3.40pm fuq TVM u llum naraw lil Angela u Naomi ikellmu lil Steve. X’inhu jintqal bejniethom? Vince imur għand il-Kummissarju biex jitfa’ r-riżenja tiegħu… x’qallu?… u aċċettha jew le?

Il-mobajl ta’ Steve ċempel… min kien?… x’għamlet Naomi?… u Angela kif qed tħossha?

Sorelle għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.

Dan l-episodju jkollu repetizzjoni fuq TVM illejla fil-11.30pm b’repetizzjoni għada fis-6.15am. L-episodji ta’ matul il-ġimgħa jixxandru kollha mill-11am ‘il quddiem.