Angela tagħlaq 60!

Awguri lill-preżentatriċi Angela Agius li llum qed tiċċelebra għeluq is-60 sena tagħha. Twieldet ir-Rabat bħal-lum, it-23 ta’ Ottubru tal-1960.

Il-preżentatriċi tal-programm Niskata bdiet il-karriera tagħha nhar l-24 ta’ April tal-1978 bħala announcer u producer fuq l-istazzjon tar-radju Leħen il-ħbiberija u Solidarjetà.

Angela ppreżentat diversi programmi televiżivi kemm fuq TVM, One u Favourite kif ukoll fuq stazzjonijiet tar-radju fosthom Radju Malta u Calypso.

Angela hija miżżewġa lil Joe Azzopardi, u għandhom tifla, Lara, li narawha taħdem f’bosta sensiliet fosthom Iċ-Ċaqqufa, Game Over u L-Ispettur. Hija tidher ukoll is-sensiela satirika Min Imissu?!

Nawguraw l-isbaħ xewqat lil Angela f’għeluq sninha.