Angela Merkel tibda’ żjara fiċ-Ċina

Il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel bdiet żjara ta’ tlettijiem fiċ-Ċina, bl-investiment u n-negozji huma priorità tul din iż-żjara.
Merkel qed tivvjaġġa ma’ delegazzjoni Ġermaniża magħmula minn persuni li jokkupaw diversi karigi għolja fin-negozji.
Il-Kanċillier Ġermaniż mistennija żżur il-kapitali tal-provinċja Sichuan fejn hemm joperaw aktar minn 150 kumpanija Ġermaniża.
Hu mifhum li s-suq Ċiniż hu importanti ferm għall-Ġermanja filwaqt li ċ-Ċina qed tħares lejn il-Ġermanja bħala l-pajjiż li qed jgħin lill-middle class billi jissupplixxi l-makkinarju u l-karozzi.
Il-Ġermanja tesporta l-aktar lejn is-suq Amerikan u warajh, dak Ċiniż.
Sa mill-2005, Merkel qed iżżur iċ-Ċina għas-seba’ darba fejn anke mistennija jkollha taħdidiet mal-President Ċiniż.