Angela Merkel mal-kandidat rivali fl-unika dibattitu televiżiv qabel l-elezzjoni

Il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel u l-kandidat rivali Peer Steinbrueck illejla se jkunu qed jieħdu sehem fl-unika dibattitu televiżiv qabel l-elezzjonijiet fil-pajjiż aktar tard dan ix-xahar. Id-dibattitu ta’ disgħin minuta se jkun l-ikbar ċans għall-partit soċjalista sabiex jirkupra l-vantaġġ ta’ Angela Merkel, skont l-istħarriġ tal-opinjoni pubblika.

Tliet xhur qabel il-vot li l-poplu Ġermaniż irid jieħu fit-22 ta’ Settembru, issa ż-żewġ kandidati se jkunu qed iwieġbu l-mistoqsijiet minn erba’ ġurnalisti, bl-udjenza televiżiva tlaħħaq l-għoxrin miljun persuna.

Jidher li l-kampanja elettorali sa issa kienet iddominata minn diversi kwistjonijiet, bil-partiti esponew diversi differenzi fil-politika tagħhom.